Tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif diversi sorsi qed jirrappurtaw li fl-Inkjesta tal-Vitals ġew implikati persuni li huma fil-Kabinett preżenti, u oħrajn li ħadmu taħt Joseph Muscat.
Mistoqsi minn Net News dwar il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista, Abela ma ċaħadx li din il-kriżi li ħolqot l-Inkjesta Vitals spiċċat iddominat l-aġenda tad-diskussjoni. Dan meta bħalissa, il-Labour suppost iffukat fuq il-kampanja – b’Ministri jakkużaw lil Abela li mhux ikun b’saħħtu f’din is-sitwazzjoni.
Iżda agħar minn hekk, spikkat l-attitudni tal-Prim Ministru li dalgħodu quddiem il-Qorti implika b’mod ċar li tgħid x’tgħid l-inkjesta Vitals, hu xorta se jagħmel affarih.
“Mhux se naċċetta riżenji jekk ma nkunx konvint li kien hemm nuqqas”, stqarr Robert Abela. Il-ġurnalisti preżenti jispiċċaw jgħidu lill-Prim Ministru li b’din il-pożizzjoni “mhux legalment korrett”.
//= $special ?>