Futbol Sport

Gżira United salvi b’rebħa fuq Floriana

GŻIRA UNITED………..3

FLORIANA………………..1

Gzira U.-D.Zarkov, C.Filho Conceicao, G.Bohrer, T.Aldama (86′ T.Espindola De Paula), Z.Scerri (C), M.Dias, L.Macula, L.Riascos, K.Spence (80′ B.Borg), Z.Cassar, E.Silva (58′ J.Mendoza)

Floriana-N.Andrijanic, O.El Hasni (C), M.Veselji, J.Grech, J.Arias Ulises (58′ K.Nwoko), M.Nogureira, D.Vella (79′ L.Accarino), O.Spiteri, L.De Grazia, M.Valadsko, G.Yameogo (58′ A.Garzia)

Imwissija: M.Dias 31′, (G) L.De Grazia (F)

Skorjaw: T.Aldama 17′, G.Bohrer 52′, 83′ (G), L.De Grazia 44′

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u James Muscat

BOV Plejer tal-Logħba: Gabiriel Bohrer (Gżira United)

Kompliet il-forma ħażina ta’ Floriana hekk kif fl-aħħar ġurnata tal-kampjoant sofrew telfa ta’ 3-1 fuq Gżira United, bil-Maroons jikkonfermaw is-salvazzjoni tagħhom.

Thaylor Aldama fetaħ l-iskor wara 17-il miuta, segwit mill-gowl tad-draw minn Floriana skorjat minn Lorenzo De Grazia fil-45 minuta.

Dopjetta ta’ Gabriel Bohrer tat ir-rebħa lil-Maroons, bil-gowls jaslu fil-51 minuta u fit-82 minuta.