Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Id-diżrispett tal-Prim Ministru lejn il-ġudikatura jhedded id-demokrazija ta’ pajjiżna” – Lee Bugeja Bartolo

Fid-diskors li għamel il-Ġimgħa filgħaxija fl-Imqabba, il-kandidat tal-PN Lee Bugeja Bartolo sostna li minkejja Malta qed tiċċelebra l-20 sena mis-sbuħija fl-Unjoni Ewropea, id-demokrazija ta’ pajjiża bħalissa qed tiġi mgħedda minn dawk li suppost qegħdin imexxuha.

Bugeja Bartolo semma kif kien xogħol Gvern Nazzjonalista li Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, minkejja li l-Partit Laburista qal li din kienet deċiiżjioni ħażina. Minkejja dan, 20 sena wara qed jiftaħru bil-fatt li Malta hi membru tal-Unjoni Ewropea.

Min hemm kompla billi semma kif hi tal-mistħija li l-Prim Ministru qed ikollu disrispett kontra l-ġudikatura ta’ pajjiżna, u li din hi tgħeddida assoluta għad-demokrazija ta’ pajjizna – demokrazija li l-poplu Malti u Għawdxi ħadem tant għaliha. Hu semma wkoll kif din it-tgħeddida dehret ċara wkoll bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Lee Bugeja Bartolo sostna li l-valuri Ewropej qed jiġu mgħedda mill-istess politiċi li suppost qed imexxu lill-pajjiż. Iżda minkejja dan, Bugeja Bartolo sostna li aħna għandna nkunu onorati li persuna Maltija, Roberta Metsola, għandha rwol daqshekk importanti f’waħda milll-ikbar istituzzjoni ta’ tmexxija fid-dinja.

Hu temm billi rringrazzja lil kulħadd għas-sapport kontinwu li qed jagħtu mhux biss lilu, iżda lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll ħeġġeġ lil poplu joħroġ jivvota fit-8 ta’ Ġunju għall-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.