Impjegati minn diversi kumpaniji fi ħdan Vassallo Group ipparteċipaew f’inizjattiva ta’
Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, li organizza l-grupp, fejn sar xogħol ta’ tindif f’Wied il-
Għasel, il-Mosta. Inizjattiva li sabet l-appoġġ anke tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, lokalità tant
għal qalb il-familja Vassallo.
L-iskop ewlieni ta’ inizjattiva bħal din hu li jitħalla impatt fis-soċjetà, f’dan il-każ għall-ħarsien
għall-ambjent.
“Aħna nemmnu li bħala kumpanija għandna rwol importanti biex nagħmlu bidla pożittiva fil-
komunità” , qal Lee Xuereb, Chief People Officer ta’ Vassallo Group. “L-inizjativa biex
innaddfu Wied il-Għasel ma jissimbolizzax biss il-konnessjoni ta’ Vassallo Group mal-Mosta,
iżda jirrifletti l-missjoni li nagħtu s-sehem tagħna bir-riżorsi vasti li għandna biex intejbu s-
soċjetà u l-ambjent ta’ madwarna.”
Inizjattiva bħal din tkompli turi d-dedikazzjoni, permezz tal-impjegati, li tmur lil hinn mix-
xogħol fl-uffiċiċj, dedikazzjoni li Vassallo Group juri f’aspetti varji tas-soċjetà.
Lee Xuereb sostna wkoll li Vassallo Group jaspira sabiex isiru ħafna aktar inizjattivi bħal
dawn, u jħeġġeġ kumpaniji oħrajn jagħmlu l-istess.