Ir-raġel li lbieraħ iddaħħal b’urġenza l-isptar wara li waqa’ minn fuq ċint ta’ lukanda f’Paceville miet f’Mater Dei.
Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar, u l-identità tal-vittma għadha ma ġietx konferemata. Minkejja dan, sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalulna li malli intervjenew it-tobba, ir-raġel beda jitkellem fil-Franċiż.
Il-barrani jidher li miet wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs.
Id-dinamika ta’ kif seħħ il-każ għadha trid tiġi stabbilita.
Bil-mewt ġie infurmat il-Maġistrat Ian Farrugia li ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>