Matul l-ewwel kwart tal-2024, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied bi 831 fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Fl-istess perjodu, kien hemm medja taʼ 62 vettura li, kuljum, ingħataw liċenzja ġdida.
Il-biċċa l-kbira tal-vetturi bʼliċenzja ġdida, 4,076 jew 72.3 fil-mija tat-total, kienu karozzi tal-passiġġieri; warajhom kien hemm il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika b’734 jew 13.0 fil-mija.
Magni li jitħaddmu bil-petrol kienu jgħoddu 58.2 fil-mija tat-total; warajhom kien hemm magni li jitħaddmu bid-diżil; u magni li jitħaddmu bl-elettriku u plug-in hybrid; bʼ35.6 fil-mija u bi 3.8 fil-mija, rispettivament.
Meta mqabblin mar-rabaʼ kwart tal-2023, kienu rreġistrati żidiet taʼ 10.3 fil-mija, 7.6 fil-mija, u 5.5 fil-mija fl-għadd taʼ vetturi li jitħaddmu bid-diżil u l-LPG, bil-petrol u l-elettriku, u bid-diżil u l-elettriku, rispettivament.
//= $special ?>

