Lokali

L-INKJESTA VITALS: Chris Fearne jgħid li “innoċenti” – iżda qed jitkellem “dwaru biss”

“Niddikjara li m’għandi assolutament ebda dubbju li l-Qorti mhu se ssib xejn ħlief l-innoċenza intiera tiegħi.”

Dan huwa l-aħħar minn sensiela ta’ żviluppi li kellna matul il-jum b’rabta mal-Inkjesta Vitals, li issa hija konkluża inkjesta li tinsab għand il-Pulizija u għand l-Avukat Ġenerali.

Fuq Facebook, filwaqt li ddikjara l-innoċenza tiegħu, Fearne għamilha ċara li qed jitkellem dwaru u dwaru “biss”.

Il-Ministru Fearne insista li l-ġustizzja m’għandha tħares lejn wiċċ ħadd. “Bħala ministru u ċittadin ta’ pajjiż demokratiku u Ewropew nibqa’ nemmen bis-sħiħ li l-ġustizzja m’għandha tħares lejn wiċċ ħadd u tidher li qed tagħmel hekk.”