Lokali

L-INKJESTA VITALS: Il-Ministru JoEtienne Abela ma jweġibx dwar responsabbiltà politika

Tkompli tidher il-qasma fi ħdan il-Partit Laburista hekk kif il-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela deher viżibbilment skomdu jwieġeb dwar l-iżviluppi kollha marbuta mal-Inkjesta Vitals.

Fil-fatt, wara li sejjaħ lill-media f’Mater Dei, JoEtienne Abela irrifjuta li jwieġeb jekk jaqbilx jew le li Ministri jew esponenti tal-Gvern għandhom jirriżenjaw jekk jissemmew fl-Inkjesta Vitals, speċjalment wara li din it-tema tqajmet fil-Grupp Parlamentari Laburista.

JoEtienne Abela baqa’ b’mod persistenti jevita d-domandi ta’ Net News dwar din it-tema sensittiva li ħolqot terremot f’Kastilja.

Kien il-ġurnal MaltaToday illi żvela kif Fearne, fil-Grupp Parlamentari, qal illi jekk ismu jissemma, fl-Inkjesta Vitals, hu lest li jirriżenja.

Mistoqsi jekk jaqbilx li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu kontra l-Laburisti, il-Ministru Abela qal li hawnhekk ukoll jaqbel mal-Prim Ministru. Dan meta l-istqarrija kienet saret minn Joseph Muscat, u mhux mill-Prim Ministru.