Kummerċ Lokali

Melita Business tħabbar soluzzjoni ġdida għas-sigurtà ċibernetika

Malcom Briffa, Chief Officer Business & IoT ta’ Melita Limited, jitkellem waqt it-tnedija soluzzjoni ġdida tas-sigurtà ċibernetika

Melita Business żvelat soluzzjoni ġdida tas-sigurtà ċibernetika mfassla għan-negozji ta’ kull daqs, li tintegra żewġ pjattaformi avvanzati, Google Chronicle Security Operations u SentinelOne. Dawn il-pjattaformi jisfruttaw l-iskala u l-veloċità ta’ Google Cloud, u jgħaqqduha mal-aktar teknoloġija avvanzata tal-AI biex tiskopri u tiddefendi kontra t-theddid taċ-ċibersigurtà.

F’konferenza dwar is-sigurtà ċibernetika fiċ-Ċentru tad-Data ta’ Melita din il-ġimgħa, dawk li attendew il-konferenza semgħu kif Melita skjerat b’suċċess Chronicle Security Operations, fejn kompliet ittejjeb ir-reżiljenza tas-sigurtà ċibernetika tagħha.

Chronicle Security Operations hija pjattaforma ibbażata fuq intel, li tiġbor flimkien il-funzjonalitajiet ta ‘SIEM (Informazzjoni tas-Sigurtà u Ġestjoni ta’ Avvenimenti) b’SOAR (Orkestrazzjoni, Awtomazzjoni u Rispons tas-Sigurtà), megħjuna minn genAI. Għall-klijenti li jagħżlu s-soluzzjoni l-ġdida tas-sigurtà ċibernetika ta’ Melita Business, diversi analiżi tad-data u informazzjoni dwar is-sistemi miġbura minn SentinelOne huma kontinwament aggregati u evalwati fi ħdan il-pjattaforma Chronicle Security Operations. Jekk tiġi skoperta theddida, il-klijent u l-integratur tas-sistema tagħhom jiġu nnotifikati immedjatament. Din is-soluzzjoni avvanzata hija pprovduta b’kollaborazzjoni ma’ AmagisTech, sieħeb ta’ referenza ta’ Google Cloud f’Malta.

In-negozji minn SMEs ‘il fuq jistgħu jintegraw faċilment is-soluzzjoni, li hija sempliċi daqs li tinstalla App fuq it-tagħmir tal-utent aħħari. Dan ineħħi l-kumplessità u jista’ jiġi implimentat permezz tal-fornitur tal-IT eżistenti tan-negozju. Bħalissa hemm disponibbli diversi skemi tal-Gvern u tal-UE biex jgħinu lin-negozji jiffinanzjaw investimenti f’soluzzjonijiet tas-sigurtà ċibernetika bħal dawn.