“Jekk irridu li verament nagħmlu l-ġid lil għajrna, ejja naraw li nagħtu l-aqwa li nistgħu billi nagħtu sehemna u nagħtu d-demm; ġest nobbli li bih ngħinu lil min verament għandu bżonn”
Dan kien il-messaġġ li għadda l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati meta matul il-jum, iċ‑Ċentru Nazzjonali għat‑Trasfużjoni tad‑Demm kien għad-dispożizzjoni ta’ eluf li setgħu jagħtu d-demm huma u deħlin fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna.
L-Ispeaker tenna li dan il-ġest u att ta’ karità jiswa aktar minn kull forma ta’ għajnuna oħra hekk kif il-provvisti tad-demm huma bżonn kontinwu f’pajjiżna. L-Ispeaker appella sabiex il-midja tgħarraf fl-iqsar żmien possibbli lill-pubbliku inġenerali sabiex jattendi bi ħġaru biex jagħti d-demm illum, fil-Belt Valletta, fejn quddiem il-binja tal-Parlament jinsab armat il-mobile unit taċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm.
Il-konferenza stampa kienet indirizzata wkoll mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li ukoll appella sabiex kull min jista’ jmur jagħti d-demm. Ingħaqdu magħhom wkoll Ivan Castillo u Paula Mifsud Bonnici.
//= $special ?>
