Illum fil-Qorti Robert Abela rema’ lil kulħadd basta jsalva hu.
Meta llum tkompliet il-kawża li nfetħet mill-Partit Nazzjonalista biex il-poplu jieħu lura l-€400 miljun li nsterqu mis-saħħa tal-Maltin, fil-Qorti ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ffirmata, li fiha ngħad li Robert Abela daħal fil-Kabinett fl-2020, f’tentattiv iddisprat biex jipprova jneħħi r-responsabbiltà politika li jġorr f’din is-serqa.
Il-PN qal fi stqarrija, li biex jagħmel hekk, Robert Abela ma ddejjaq xejn jarmi lil kull min serva fil-Kabinetti ta’ Joseph Muscat mingħajr ma ddikjara li hu stess serva bħala Konsulent tal-Kabinett u ta’ Joseph Muscat stess minn snin qabel.
Il-fatti huma li taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, Steward ingħataw estensjoni tal-kuntratt li l-Qorti ddikjarat li hu frawdolenti u rċivew aktar miljuni meta d-dmir tiegħu kien li jara li l-fondi pubbliċi jintefqu b’għaqal u li jsir l-investiment li kien imwiegħed.
Dalgħodu fil-Qorti, Robert Abela u l-Gvern reġgħu użaw tattiċi biex itawlu dan il-każ. Issa nistennewh joħroġ jikkritika lill-Qorti għad-dewmien jew għat-timing tas-sentenza.
Hu biss il-Partit Nazzjonalista li qed jaħdem biex verament issir ġustizzja fl-aħjar interess tas-saħħa tal-Maltin.
//= $special ?>

