Diskors ta’ ftit aktar minn ħames minuti li kien karraterizzat minn żewġ temi: attakk fuq l-istituzjonijiet, u appell lil dawk preżenti f’Ħal Tarxien biex jingħaqdu mal-Partit Laburista.
Waqt li lbieraħ indirizza lill-partitarji tieghu f’Ħal Tarxien, Robert Abela qal li l-establishment – li skont hu huwa magħmul mill-istitutuzzjonijiet – huwa perikoluż.
Abela qal ukoll li se jniedi proġett ieħor ta’ riġenerazzjoni għall-pjazza ta’ din il-lokalità, dan minkejja li numru kbir ta’ pjazez differenti fl-aħħar snin tħallew żdingati. Filwaqt li xogħolijiet ta’ rinnovar damu xhur sħaħ biex tlestew; b’detriment fuq ir-residenti u sidien tal-ħwienet.
F’din l-istess attività, Robert Abela għażel li jinjora kompletament il-kriżi li qed jaffaċċja l-partit tiegħu wara li sar magħruf li l-Inkjesta Vitals ġiet konkluża.
//= $special ?>