Meta l-istituzzjonijiet jaħdmu, Robert Abela jippanikkja.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista li spjega kif issa li l-inkjesta dwar is-serqa tal-isptarijiet tinsab konkluża, Robert Abela għal darb’oħra sab ruħu b’mażżra ma’ għonqu, ħoloq babaw f’moħħu biex jipprova jaljena lill-poplu.
Meta l-media indipendenti tistaqsieh dwar il-babaw li ħoloq u li semmieh ‘l-establishment’, Robert Abela kapaċi biss jagħmel stqarrijiet ambigwi u li ma jifhimhom ħadd, filwaqt li jgħid li ‘l-establishment’ qed jipprova jkisser lill-media.
Hu ironiku li Robert Abela jagħmel dan meta pajjiżna huwa t-tieni l-agħar fost il-pajjiżi kollha Ewropej fejn tidħol il-libertà fil-ġurnaliżmu.
Gvern li nstab ħati tal-assassinju ta’ ġurnalista, ma jista’ qatt jittieħed bis-serjetà meta jipprova jitkellem dwar il-libertà tal-media.
Wisq anqas jittieħed bis-serjetà meta jivvinta babaw biex inessi dnubietu.
//= $special ?>

