Team Finestral rebaħ il-Prince Louis Cup organizzata mill-Malta Polo Club wara li rebaħ il-partiti kollha fil-kompetizzjoni.
Team Finestral kien magħmul minn Luca Antonio Gatt PaceMoore, Jean Vella, Martin Arrigo u l-captain Greg Gera.
Fit-tieni post ta’ dan it-tournament spiċċaw Team Schweppes, b’Veuve Cliquot li temmew fit-tielet pożizzjoni.
Nhar il-Ħadd li ġej il-Malta Polo Club se torganizza l-kompetizzjoni taċ-Challenge Cup li se jkollu plejers nisa. Din il-kompetizzjoni li se ssir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta, fiha se jikkompetu tliet timijiet.
Team A se jkun magħmul minn Alicia Velema, Petra Vella, Nicole Spiteri u Kim Besancon.
Tim B se jkun magħmul minn Annie Wightman, Christie Massaloux, Serena Galea u Bex Gera .
Team C se jkun magħmul minn Sarah Manduca, Emma Aquilina, Francesca Camilleri u Nikki Fenech Conti.
Iċ-Challenge Cup se ssir fil-Malta Equidrome nhar il-Ħadd bl-ewwel throw-in tkun fis-6.15pm.
//= $special ?>