Għawdex Lokali Saħħa

Diskors ta’ 40 minuta li fih ma semma’ qatt l-isptar ġdid f’Għawdex li tant ilu jiġi imwiegħed

Gideb fuq il-Partit Nazzjonalista, u attakki fuq l-MEPs tal- Partit Nazzjonalista u l-istituzzjonijiet.

Dan hu dak li ddomina d-diskors tal-attività tal-Partit Laburista li saret fix-Xewkija Għawdex, bil-Prim Ministru jagħlaq id-diskors tiegħu billi jgħid lill-Għawdxin li “is-saħħa f’idejhom”. Dan meta fil-verità sptar ġdid f’Għawdex baqa’ qatt ma sar f’aktar minn 10 snin.

Fl-istess attività, il-Ministru Clayton Bartolo baqa’ għadej bir-retorika ta’ gideb, attakki u negattività fuq David Casa u Roberta Metsola.

Bartolo spjega ukoll ma’ dawk preżenti li għandhom għażla ta’ x’tip ta’ ekonomika irridu. Dan meta l-mudell ekonomiku ta’ Robert Abela wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni, li ssarfet f’daqqa fuq l-infrastruttura. U fi tmiem tad-diskors tiegħu irrepeta l-istess kliem perikoluż li uża Joseph Muscat meta qal li l-Qorti qed twettaq “vendikazzjoni politika”.

Fix-Xewkija, Robert Abela stqarr li saħħaħ il-konnetività bejn Malta u Għawdex; dan minkejja li Gvern Laburista qed juża vapur second hand.

Bil-Prim Ministru Robert Abela wkoll jgħid li l-establishmemt ‘lest juża’ l-għodod’ b’referenza għall-Qrati; Diskors perikoluż li qed ikompli jiddomina din il-kampanja elettorali.

Quddiem l-Għawdxin wiegħed ukoll li se jagħmel f’Għawdex l-istess żvillup li għamel f’Malta – żvilupp li wassal biex tlifna l-identità tagħna, bi żvilupp bla pjan u proġetti ta’ bini kontroversjali.