Elezzjonijiet 2024 Lokali Qorti Saħħa

Il-Prim Ministru Robert Abela ma ċaħadx li ngħata aċċess għal kopja tal-Inkjesta Maġisterjali tal-Vitals

Il-Prim Ministru Robert Abela ma ċaħadx li ngħata aċċess għal kopja tal-Inkjesta Maġisterjali tal-Vitals.
Mistoqsi minn LovinMalta llejla, Abela baqa’ jinjora milli jagħti tweġiba diretta – b’analisti politiċi jgħidu li din hija ammissjoni ċara li ra l-kontenut li jinsab għand l-AĠ, jew li saħansitra ngħata kopja.

Mistoqsi għal darba darbtejn jekk rax kopja tal-inkjesta Vitals, Abela iddevja mill-mistoqsija u tkellem biss dwar iż-żmien tal-konklużjoni tagħha.

“Dak li rajt kien timeline ta’ Inkjesta Maġisterjali li bla dubju għalqet biex tinfluwenza t-timeline elettorali u r-riżultat tat-8 ta’ Ġunju”, tenna l-Prim Ministru f’attakk ieħor fuq il-ġudikatura.

Il-Prim Ministru qal ukoll: “m’għandix għalfejn insalva l-ġilda tiegħi; kulħadd jaf kif aġixxejt f’dawn l-erba’ snin u nofs li għaddew, u l-poplu jrid jgħaddi dan il-ġudizzju fit-8 ta’ Ġunju.”