Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Kemm hi importanti s-saħħa, il-paċi u l-kuntentenza fis-soċjetà ” – Norma Camilleri

Fid-diskors tagħha fil-Munxar Għawdex, il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-MEP’s Norma Camilleri bdiet billi semmiet l-importanza tas-saħħa, paċi u kuntentenza fis-soċjeta’ Maltija, u kif dawn jiġu ddeterminati minn dawk li jmexxu. Camilleri nnotat l-importanza tal-arja tajba, is-sigurta’ fit-toroq, il-baħar nadif kif ukoll l-ikel bnin li jipprovdulna l-bdiewa Maltija.

Hi kompliet isostni fuq affarijiet li jistgħu jweġġgħu dawn l-affarijiet, bħal l-ogħli tal-ħajja, kif ukoll il-problemi u taħwid li wieħed jista’ jsib fit-toroq Maltin. Norma Camilleri kompliet tgħid li l-poplu Malti jħossu frustrat li huwa qed jimxu mar-regoli tas-soċjeta’, filwaqt li dawk li jikkmandaw fil-pajjiż mhumiex u qed jiggwadnjaw b’mod personali.

Camilleri ukoll ikkumentat fuq l-istudenti Maltin, b’enfażi partikolari fuq il-kwistjoni riċenti rigward l-eżamijiet tas-SOK, u kif l-istudenti Maltin u Għawdxin m’għandhomx għalfejn jaslu tard għall-eżami meta diġa jbagħtu daqstant minn stress tal-eżamijiet.

Norma Camilleri tkellmet fuq il-problemi f’Għawdex, speċjalment fuq it-trasport bejn il-gżejjer, fejn iċ-ċittadin Malti qed ikollu jħallas eluf ta’ ewro kuljum għall-vapur li mhux qed jintuża sew.

Hi kkonklied billi stiednet lill-Maltin u Għawdxin ma jħallux id-dritt demokratiku tagħhom jinxtara minn nies li ma għandhomx interess fill-poplu Malti, imma jaħsbu fil-futur ta’ pajjiżna billi jivvota lill-Partit Nazzjonalista.