Lokali

Mutur jintlaqat minn karozza fil-Fgura

Ritratt: Michael Farrugia

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’mod urġenti wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura.

Skont kelliema tal-Pulizija, huwa magħruf li raġel ta’ 34 sena minn Nepal residenti l-Fgura kien qed isuq mutur tal-għamla Romet meta ttajjar minn karozza tal-għamla Renault Captur, għall-ħabta tal-11:30am, fi Triq il-Kampanella fil-Fgura.

Fil-post isejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Sa issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur.