Lokali

Raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara ħabta ma’ Karozza

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kampanella kantuniera ma’ Triq San Mikiel, il-Fgura.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Romet Motors misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 34 sena residenti l-Fgura u Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 36 sena u toqgħod il-Fgura wkoll.


Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.