Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta’ 29 sena residenti l-Gżira ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher illi r-raġel li kien qed isuq il-mutur tiegħu, għal xi raġuni tilef il-kontroll b’riżultat li waqa’.

Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.