NEPTUNES VIDEOSLOTS………… 9
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…….. 11
(2-1), (2-3), (1-3), (4-4)
It-telfa ta’ Sirens qabilhom inkurunat lil San Ġiljan rebbieħa tal-Kampjonat tax-Xitwa għas-sitt darba. Madankollu l-Ġiljaniżi xorta rebħu l-logħba u spiċċaw rebħu l-10 logħbiet f’din l-edizzjoni u kisbu d-disa’ unur konsekuttiv.
Andreas Galea poġġa lil San Ġiljan fil-vantaġġ fl-ewwel attakk tal-logħba iżda Neptunes dawru r-riżultat b’gowls ta’ Jordan Camilleri u Sam Gialanze, żewġ gowls li waslu f’azzjoni ta’ superjorità numerika.
Il-Ġiljaniżi ħasdu lill-avversarji bi tliet gowls f’żewġ minuti lejn nofs it-tien is-sessjoni u marru 4-2 minn fuq. Madankollu gowl ieħor minn man-up ta’ Gabriel Pace u t-tieni gowl personali ta’ Camilleri kkanċellaw dan il-vantaġġ.
L-iżvolta seħħet f’nofs it-tielet sessjoni meta Dean Bugeja tkeċċa għal brutalità għal kuntatt ma’ Jeremy Abela, sitwazzjoni li ħalliet lil Neptunes bi plejer anqas għal erba’ minuti. Andreas Galea skorja mill-penalty sussegwenti u Matthew Zammit għamilhom 7-5.
Gialanze wieġeb għat-tielet gowl ta’ Nico Schiavone fl-aħħar sessjoni u żamm lil Neptunes żewġ gowls bogħod. Kien il-gowl sabiħ ta’ Nicholas Bugelli segwit b’gowl minn man-up ta’ Russell Caruana li qatel it-tamiet ta’ Neptunes, bit-tim ta’ Aleksander Ciric seta’ biss inaqqas il-marġni lejn it-tmiem.
Fi tmiem il-logħba, l-Uffiċjal Kap tal-Operat tal-BOV Ernest Agius akkumpanjat mill-President tal-ASA Karl Izzo ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit li b’altruwiżmu sejjaħ lill-gowlkiper Gianluca Borg biex jgħollu t-trofew flimkien.
Neptunes: A. Borg Cole, S. Gialanze (4), G. Pace (1), L. Mallia, D. Bugeja, M. Castillo, J. Camilleri (3), R. Galea, J. Bajada (1), J. Valletta, E. Mallia, M. Brimmer
San Ġiljan: G. Borg, N. Bugelli (1), A. Galea (3), G. Bonavia, R. Caruana (2), M. Zammit (1), J. Bonavia (1), D. Tully, J. Abela, N. Bonavia, N. Schiavone (3), M. Grech, Z. Attard
Referees: Stefano Scappini, Ronnie Spiteri
SIRENS…………………………………. 7
SLIEMA FRANK SALT………….. 12
(1-3), (3-4), (0-1), (3-4)
Sliema Frank Salt spiċċaw il-kampjonat fuq nota pożittiva bit-tielet rebħa konsekuttiva li biha kisbu wkoll it-tieni post għas-spejjeż proprju ta’ Sirens. Dan ir-riżultat fisser ukoll li San Ġiljan kienu rebbieħa tal-Kampjonat tax-Xitwa qabel lagħbu minħabba li Sirens kien l-uniku tim li seta’ jilħaq lill-Ġiljaniżi.
Kienu Sirens li fetħu l-iskor permezz ta’ Gianni Farrugia sakemm Sliema ħadu l-vantaġġ u ma tilfuh qatt sa tmiem il-logħba. Sirens pruvaw jibqgħu qrib l-avversarji u saħansitra naqqsu d-distakk għal 5-4 iżda gowls ta’ Daniel Rizzo u Dino Zammit assiguraw li Sliema jibdew it-tielet sessjoni b’vantaġġ ta’ tliet gowls.
Kienet mistennija reazzjoni minn Sirens fit-tielet sessjoni madankollu ma waslet qatt u saħansitra l-gowl ta’ Liam Galea lejn tmiem is-sessjoni prattikament aċċerta t-tliet punti. Fl-aħħar sessjoni huma kkontrollaw il-vantaġġ li kellhom għal rebħa komda.
Sirens: M. Bonello DuPuis, J. Falzon, K. Erdogan (1), P. Borg, J. Cachia, K. Agius (1), M. Chircop, I. Riolo, J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (3), M. Sciberras, M. Azzopardi, I. Schembri, M. Ortoleva (1)
Sliema: N. Grixti, G. Gatt, L. Galea (2), D. Rizzo (3), J. Cassar, B. Cachia (2), Z. Mizzi (1), L. Camilleri Bowman, J. Brownrigg (1), J. Chircop, E. Schembri, D. Zammit (3), M. Castillo, G. Massa
Referees: Alex de Raffaele, Peter Balzan
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
San Ġiljan | 5 | 5 | 0 | 0 | 77 | 48 | 15 |
Sliema | 5 | 3 | 0 | 2 | 62 | 45 | 9 |
Sirens | 5 | 3 | 0 | 2 | 62 | 50 | 9 |
Neptunes | 5 | 2 | 0 | 3 | 43 | 41 | 6 |
Valletta | 5 | 2 | 0 | 3 | 50 | 62 | 6 |
Marsaskala | 5 | 0 | 0 | 5 | 35 | 83 | 0 |
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Exiles | 5 | 5 | 0 | 0 | 72 | 32 | 15 |
Birżebbuġa | 5 | 4 | 0 | 1 | 45 | 22 | 12 |
Ta’ Xbiex | 4 | 2 | 0 | 2 | 46 | 32 | 6 |
Otters | 5 | 2 | 0 | 3 | 37 | 47 | 6 |
Marsaxlokk | 4 | 1 | 0 | 3 | 37 | 39 | 3 |
Barracudas | 5 | 0 | 0 | 5 | 24 | 89 | 0 |
Logħob li jmiss
Għada: Marsaxlokk v Ta’ Xbiex 10.30am
//= $special ?>