Futbol Sport

Sassuolo b’rebħa kruċjali fil-mixja lejn is-salvazzjoni fuq iċ-champions Inter

(Ritratt: EPA)

Sassuolo kisbu rebħa tremenda fuq Inter ta’ 1-0. Tlett punti importanti għal Sassuolo biez iżommu t-tammiet tas-salvazzjoni ħajjin.

Il-gowl tar-rebħa wasal fl-20 minuta minn Armand Lauriente, b’ Lautaro Martinez ifalli l-penalty tiegħu fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima biex Sassuolo jieħdu t-tlett punti l-oħra.

Intatn, fil-partita l-oħra, draw ta’ 2-2 bejn Monza u Lazio.

Il-Biancoceleste fetħu l-iskor l-ewwel permezz ta’ Ciro Immobile wara 11-il minuta, b’Monza jagħmlu l-iskor indaqs fit-73 minuta permezz ta’ Milan Djuric.

Preċiżament għaxar minuti wara kien Matias Vecino li reġgħa ta’ l-vantaġġ lil Lazio, bl-istess Milan Djuric jagħmel l-iskor 2-2 fl-aħħar mumenti tal-partita.

SERIE A
Il-Ġimgħa
Torino v Bologna 0-0
Illum
Monza v Lazio 2-2
Sassuolo v Inter 1-0
Għada
Cagliari v Lecce 12:30pm
Empoli v Frosinone 3:00pm
Verona v Fiorentina 3:00pm
Milan v Gennoa 6:00pm
Roma v Juventus 8:45pm
It-Tnejn
Salernitana v Atalanta 6:00pm
Udinese v Napoli 8:45pm