Internazzjonali

Temperaturi rekord f’numru ta’ pajjiżi fl-Ażja

Ritratt: CBS News

Numru ta’ pajjiżi fin-Nofsinhar u fix-Xlokk tal-Ażja għaddejjin minn mewġa ta’ sħana rekord li ilha tolqot dawn il-pajjiżi għal numru ta’ ġimgħat.

Studenti fil-Filippini, l-Indja u l-Bangladesh għandhom ordnijiet sabiex joqgħodu d-dar minħabba riskju fuq saħħithom. Dan apparti li numru ta’ skejjel fil-Kambodja naqqsu s-sigħat ta’ tagħlim.

Rapporti qalu li t-temperatura fit-Tajlandja qabżet l-40 grad celcius u fil-Kambodja qed jaraw l-aktar temperaturi għoljin f’dawn l-aħħar 170 sena. Dan hekk kif is-sħana qabżet it-43 grad… filwaqt li partijiet mill-Indja esperjenzaw temperaturi rekord matul ix-xahar t’April.

Xjentisti qalu li dawn it-temperaturi rekord kif ukoll numru ta’ fenomeni naturali oħra qed ikunu intensifikati kaġun tal-impatt mill-bidla fil-klima.