Lokali

Aktar esperti jappellaw għal bidla radikali fl-infrastruttura

Malta ma tistax toħlom li torganizza avvenimenti kbar u ta’ ċertu livell kemm-il darba ma jsirx investiment serju fl-infrastruttura. Xhieda ta’ dan kien l-avveniment SiGMA li għal tliet ijiem weħħel pajjiż. Dan ifisser li huwa diffiċli bl-infrastruttura preżenti niġbdu lejn pajjiżna artisti kbar, fieri ta’ ċertu livell u konvenzjonijiet internazzjonali.

Dan kollu sostnih Mark Grech, il-ko-fundatur tal-kumpanija greatt – waħda mill-kumpaniji li saret sinonimi ma’ kunċerti kbar u avvenimenti internazzjonali li fl-aħħar snin saru f’pajjiżna.

Grech kien qed jagħti dawn il-kummenti waqt is-serje ta’ MeetInc. fejn tefa’ dawl fuq it-traffiku enormi li qed jikkaratterizza t-toroq ta’ pajjiżna f’kull ħin tal-ġurnata. “Għalhekk jeħtieġ tinstab soluzzjoni bejn gvern, oppożizzjoni u esperti fis-settur”.

Mark Grech tenna li din ma tistax tkun viżjoni ta’ 10 snin, iżda pjan fit-tul mifrux fuq 30 / 40 sena.

Grech isemmi wkoll is-sigurtà fit-toroq tagħna, u li wieħed ma jispiċċax l-isptar sempliċiment għax juża motorino.

“Hemm bżonn investiment fl-infrastruttura”, tenna Grech fl-intervista li kellu.