Internazzjonali

Ċinema: Miet l-attur veteran Bernard Hill ta’ Lord of the Rings

L-attur Bernard Hill, magħruf aħjar għar-rwol tal-Kaptan Edward Smith fil-film Titanic (1997) kif ukoll għar-rwol tar-Re Théoden fis-sensiela tal-films Lord of the Rings miet fl-età ta’ 79 sena. Mewtu tħabbret ftit tal-ħin ilu mill-aġent tiegħu Lou Coulson.

Hill, li kien rispettat ħafna fost il-kollegi rinomati fid-dinja tal-ispettaklu, iddebutta f’dan il-qasam bil-karattru ta’ Yosser Hughes fid-drama tal-BBC għat-televiżjoni bl-isem Boys from the Blackstuff…Produzzjoni li fiha hu iqaxxar il-personalità ta’ raġel li ma setax jissapporti s-sitwazzjoni inkwetanti tal-qgħad fil-belt ta’ Liverpool.