Sport Waterpolo

Exiles Welbees jirbħu l-ewwel diviżjoni b’rebħa fuq Birżebbuġia

(Ritratt: Michael Paris)

EXILES WELBEES…………..5

BBG FREEPORT……………..4

Exiles Welbees: Z.Dzanovic, Z.Cutujar, D.Pace, M.Martellacci, M.Paris, M.Fenech, N.Paros, K.Griscti, K.Tanti

BBG Freeport: M.Sladden, S.Bezzina, N.Cassar, J.Galia, I.Galea, M.Manara, D.Incorvarja, J.Abdilla, D.Farrugia, M.Cutujar, G.Mannino, M.Curmi, S.Livori, M.Cassar

Referees: Massimo Angilieri u Stefano Scappini

Skorjaw: Z.Cutujar, M.Martellacci (x2), K.Griscti (x3) (E), M.Manara, M.Cutujar, G.Mannino, M.Curmi (B)

Exiles Welbees rebħu l-ewwel diviżjoni b’rebħa missielta fuq Birżebbuġia bl-iskor finali jkun 5-4.

Birżebbuġia marru fil-vantaġġ fl-ewwel sessjoni, bil-gowl ta’ Miguel Curmi, biex Exiles irrispondew fit-tieni sessjoni bil-gowl tal-captain Kurt Griscti.

Kienet it-tielet sessjoni li ddeterminat il-partita, Birżebbuġia marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita permezz ta’ Mikael Cutujar. Madankollu, it-tim immexxi minn Niki Lanzon irrisponda b’tlett gowls, tnejn jaslu mill-captain Kurt Griscti u Zak Cutujar Licari jiskorja ukoll.

Fl-aħħar sessjoni kien Martelacci Matteo li skorja l-ewwel għal Exiles, pero Birżebbuġia naqsu l-marġini permezz ta’ Malcom Manara u Giuseppe Mannino, madankollu ma rnexxielhomx idawru r-riżultat.