Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Il-Belt saret qisha ġungla taħt tmexxija Laburista” – Christian Micallef

Fid-diskors li għamel il-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta, il-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill tal-Belt Valletta Christian Micallef fakkar kif l-aqwa ġid li sar fil-Belt kien taħt tmexxija Nazzjonalista.

Hu sostna kif hu jixtieq li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista jerġgħu jitilgħu fil-Kunsill, mhux biex ikollhom l-poter, iżda sabiex il-Belt terġa ssir verament tal-Beltin. Hekk kif il-Belt saret qisha ‘ġungla’ taħt tmexxija Laburista.

Micallef qal li Kunsill Laburista ma mexxiex il-lokalita bir-residenti f’moħħom, u li nfurzar ġenwin ma sarx fil-Belt. Hu sostna li Sindku ġenwin għandu jxxammar il-kmiem, verament jisma mingħand ir-resident, u jaħdem għar-resident u mhux għall-partit politiku tiegħu.

Hu kompla billi semma diversi proġetti li wiegħed Kunsill Laburista li qatt ma saru, u kif is-Sindku Laburista qed jieħu mertu ta’ ftehim li sar mingħand il-Kunsilliera Nazzjonalista.

Minnkejja li mhux se jikkontesta din l-elezzjoni tal-Kunsill, hu se jaħdem xorta sabiex il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista jitilgħu fil-Kunsill sabiex ikun hemm kunsill li verament jaħdem għall-ġid tal-Belt.

L-appell tiegħu kien sabiex kulħadd joħroġ jivvota għall-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, kemm tal-Kunsilli, kif ukoll għall-Parlament Ewropew.