Lokali Saħħa

Il-Ministru Abela ma jafx kemm hemm anzjani fil-waiting list

Il-Ministru JoEtienne Abela, responsabbli mis-Saħħa u l-Anzjanita Attiva qal li ma jafx kemm hemm anzjani fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jingħataw post f’dar tal-Anzjani.

Dan sostnih ma’ Net News meta saqsejnih biex jghidilna kemm hija twila din il-waiting list…li qed taffetwa direttament diversi anzjani.

Din hi dikjarazzjoni oħra li tikkonferma kif is-saħħa u l-anzjani mhux vera huma prijorità għall-Gvern ta’ Robert Abela minkejja li fil-kampanja qed juża l-islogan ‘Is-Saħħa lil Maltin’

Dan hekk kif bosta esperti ilhom jilmentaw illi l-Isptar Mater Dei mhux qed ilaħħaq mal-ammont kbir ta’ nies li qed jiddaħħlu; b’numru ta’ pazjenti jkollhom jtħallew fil-kurituri, taħt it-taraġ, fil-canteen u fi swali li lanqas biss għandhom kmamar tat-toilet.

U quddiem din il-kriżi fis-saħħa, JoEtienne Abela qal li ma jafx kemm hemm anzjani jistennew – dan meta ftit tal-ġimgħat ilu is-Segretarju għall-Anzjanita Attiva kien qal li alaħares il-prijorita tal-Gvern tkun li jinbnew iktar djar tal-anzjani.