Internazzjonali

Iżrael: Magħluq l-aċċess ma’ Gaza fost l-isparar tal-missili

L-awtoritajiet f’Iżrael għalqu l-aċċess ta’ Kerem Shalom ma’ Gaza wara li t-terroristi tal-Ħamas sparaw il-missili lejn l-artijiet tal-Iżraeljani man-naħa l-oħra tal-fruntiera….L-aċċess inkwistjoni hu fost il-ftit rotot minfejn tista’ titwassal l-għajnuna umanitarja minn Iżrael lejn il-familji u r-residenti oħrajn ta’ Gaza.

Fl-attakk indarbu talanqas għaxra, u meta dak il-ħin, il-medjaturi fl-Eġittu –fosthom rappreżentanti għal Iżrael u l-Ħamas — kienu għaddejjin bit-taħditiet li jistgħu jwasslu għal waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza,.

Il-konflitt ta’ Gaza ilu għaddej minn Ottubru u fost l-aktar issues jaħarqu hemm il-ħelsien potenzjali tal-ostaġġi miżmuma mill-Ħamas u l-possibbiltà ta’ waqfien mill-ġlied fit-tul…Waqfien mill-ġlied li tal-Ħamas iriduh ikun iddikjarat bħala ‘il-bidu tal-konklużjoni tal-gwerra b’mod permanenti’.

Sadanittant, Iżrael għadu determinat biex ma jbaxxix rasu għad-domandi tal-Ħamas, bil-konflitt ta’ Gaza għandu jkompli għal żmien indeterminat.