Basketball Sport

Kampjonat St. James Hospital: Luxol Bolt Champions tal-irġiel ta’ taħt id-19 -il sena

Colin Schembri

Luxol Bolt……………………75

Starlites Blue……………….53

(21-16)(23-9)(13-13)(18-15)

Luxol Bolt għamlu d-double fil-kategoriji ta’ taħt id-19 -il sena fejn wara s-suċċess tat-tfajliet huma rebħu wkoll il-kampjonat tal-irġiel. Wara r-rebħa ta’ 65-40 fl-ewwel finali, huma rebħu wkoll it-tieni finali 75-53 biex rebħu l-kampjonat. Bi players li diġa daqu l-għola livell tal-basketball fejn lagħbu wkoll fl-ewwel diviżjoni, Luxol għandhom nukleu mportanti ta’ players għas-snin li ġejjin. Fost dawn hemm Adam Azzopardi li kien hu li fetaħ il-partita b’basket u trippla. L-ewwel punti ta’ Starlites waslu munn Alex Sultana u JJ Dimech iżda Luxol kellhom risposta minn Neils Engelbert li ħallijhom fuq quddiem. Kai Fabri kellu trippla għal Starlites qabel ma Luxol għalqu l-perjodu bil-punti ta’ Engelbert u Azzopardi għal skor ta’ 21-16. Fit-tieni perjodu kien hemm bidu mill-aqwa minn Luxol li għamlu run ta’ 12-2 fosthom truppla ta’ Sebastien Pace biex fetħu vantaġġ ta’ 15 -il punt 33-18. Għal Starlites, Fabri kien l-aktar attv però Luxol għamlu run oħra ta’ 10-2 biex daħlu jistrieħu 44-25 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites bdew b’żewġ baskets oħra ta’ Fabri però Luxol kellhom il-punti ta’ Mark Iloube u trippla ta’ Azzopardi. Hawn Starlites għamlu run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Lorenzo Tarantino però Luxol kienu għadom 15 minn fuq 52-37. Iloube għamel sitt punti oħra għalijom biex temmew il-perjodu 57-38 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm it-trippli minn Beppe Debono u Azzopardi għal Luxol li kabbru l-vantaġġ għal 22 punt 66-44. Hawn Starlites kellom żewġ trippli minn Tarantino u Matthew Micallef però Luxol għamlu break ieħor ta’ 7-0 biex serrħu rashom mir-riżultat u ħadu r-rebħa li tathom il-kampjonat fuq skor finali ta’ 75-53. Fi tmiem il-partita, s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ippreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Neils Englebert hekk kif Luxol iċċellebraw is-suċċess doppju f’din il-kategorija.

Luxol Bolt:  A. Attard,S. Pace 11, I. Azzopardi 2, N. Engelbert 10,  V. Englin, B. Debono 8 , M. Iloube 13, K. Galea 2, D. Sciberras,  A. Azzopardi 27, N. Demajo, E. Fenech Pace 2.

Starlites Blue: M. Micallef 5, J, Dumford, A. Sammut, M. Todorov, K. Fabri 23, L. Tarantino 6, K. John 2, N. Formosa 1, A. Sultana 8, JJ Dimech 8.

Referees:Nicky Azzopardi, Ylenia Bonnett, Daniel Farrugia