Futbol Sport

Liverpool jegħlbu lil Tottenham, Chelsea pass eqreb lejn l-Ewropa b’rebħa kbira fuq West Ham

(Ritratt: EPA)

Liverpool irritornaw jirbħu wara sensiela ta’ riżultati negattivi b’rebħa ta’ 4-2 fuq Tottenham Hotspur f’Anfield.

Dominju assolut minn Liverpool li sas-70 minuta kien 4-0 minn fuq, b’Mohammed Salah jkun l-ewwel skorer wara biss kwarta logħob, segwit minn gowl tad-difensur laterali Andy Robertson fil-45 minuta.
Ir-Reds komplew jiskorjaw meta Cody Gakpo kabbar il-marġini gil-50 minuta, b’ Harvey Eliott jagħmilhom 4-0 disa’ minuti wara b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.

Tottenham Hotspur irnexxielhom inaqqsu l-iskor b’gowls ta’ Richarlison u Son Heaung-min fit-72 minuta fis-77 minuta, madankollu ma rnexxielhomx idawru r-riżultat.

Chelsea resqu pass eqreb lejn post fl-Ewropa b’rebħa kbira fuq West Ham United bl-iskor ta’ 5-0.
Partita tremenda mill-plejers żagħżagħ ta’ Chelsea, b’ Nicholas Jackson protagonista b’dopjetta u asist, kif ukoll Palmer u Madueke li kienu involuti fil-gowls.

Kien propja l-aqwa skorer tat-tim Cole Palmer li fetaħ l-iskor wara kwarta logħob mis-suġġeriment ta’ Jackson. Palmer sar it-tielet plejet taħt il-21 sena li laħaq it-30 gowl jew assist fil-kampjonat.

Conor Gallagher kompla l-forma stupenda meta rdoppa l-iskor preċiżament fin-nofsiegħa logħob, b’ Noni Madueke jniżżel ismu mal-iskorers sitt minuti wara.

Dopjetta ta’ Nicholas Jackson isiġillat ir-rebħa fit-tieni taqsima bil-gowls jaslu fit-48 minuta u fit-80 minuta mis-suġġerimenti ta’ Madueke u Caicedo rispettivament.

U fl-Amex Stadium , Brighton kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Aston Villa, madankollu l-iskor seta faċilment ikun 2-0 hekk kif is-Seagulls kellhom gowl mħassar fid-69 minuta ta’ Pasal Grob.

Joao Pedro kien inkarigat minn pennalty fis-87 minuta, bil-Brażiljan ifalliħ, madankollu rnexxielu jiskorja it-tieni ballun u jagħti t-tlett punti lit-tim tiegħu.

Il-Ġimgħa
Luton T. v Everton 1-1
Is-Sibt
Arsenal v B’mouth 3-0
Brentford v Fulham 0-0
Burnley v Newcastle 1-4
Sheffield v Nottingham 1-3
Man.City v Wolves 5-1
Illum
Brighton v Villa 1-0
Chelsea v WHU 5-0
Liverpool v Tottenham 4-2
Għada
C.Palace v Man.Utd 9:00pm