Futbol Sport

Luxol isalvaw posthom fil-BOV Challenge League b’rebħa fuq Luqa

Luxol St.Andrews ikkonferamw posthom fil-BOV Challenge League għal sena oħra meta rebħu d-decider missielet kontra Luqa St.Andrew’s bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Wara 90 minuta bla gowl, iż-żewġ timijiet jidħlu għal ħin barrani. Il-gowl tant importanti għal Luxol wasal fil-118 minuta mis-sostitut Bryan Samuel Nyetam Junior, li daħal fil-partita fil-55 minuta.

Dan ir-riżultat huwa frott il-ħidma kbira tal-kowċ Vesko Petrovic li ilu fit-tmexxija minn Jannar li għadda, u fit-12-il partita li kien involut fihom huwa tilef biss waħda.

B’dan ir-riżultat, Luxol ilhom bla telfa għall-aħħar 11-il partita, b’rebħiet importanti riċentament kontra Lija Athletic, Msida St.Joseph, Attard u Tarxien Rainbows.