Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Marsa

Xuffier ta’ mutur weġġa gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Marsa.

Il-każ seħħ ilbierah għall-ħabta tas-17:45, meta għal xi raġuni seħħet ħabta fi Triq Diċembru Tlettax, bejn Hyundai I10 misjuqa minn Pollakk ta’ 27 sena u mutur Sunra Anger-S misjuq minn raġel
ta’ 43 sena residenti Ħal Luqa.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.