Futbol Sport

Real Madrid champions ta’ Spanja għas-36 darba

(Ritratt: EPA)

Ilbieraħ filgħaxija Real Madrid rebħu s-36 titlu tagħhom wara r-rebħa faċli li kisbu fuq Cadiz ta’ 3-0. It-telfa ta’ 4-2 li sofrew Barcelona kontra Girona ukoll kienet fundamentali biex Los Blancos isiru matematikament champions. Apparti li Madrid ikkonfermaw ruħhom bħala rebbieħa ta’ La Liga, ir-riżultat bejn Girona u Barcelona jfisser li Girona jkomplu l-istaġun impekabbli tagħhom u jitilgħu fit-tieni post fil-klassifika b’ 74 punt, punt iktar minn Barcelona.

Il-gowls ta’ Real Madrid waslu kollha fit-tieni taqsima, b’ Brahim Diaz isib ix-xibka fil-51 minuta mill-assist tal-veteran Modric, segwit minn gowl mill-istilla Ingliż Jude Bellingham fit-68 minuta.

Joselu kien l-awtur tal-aħħar gowl li ssiġilla għal kollox ir-rebħa fl-aħħar mumenti tal-partita.