Sport Sport Ieħor

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Velvet Gio u Akela Play jispikkaw fis-semifinali Premier

Kenneth Vella

Fi tmiem il-ġimgħa kienu magħrufa l-finalisti tal-kampjonat tas-Sette Giugno miftuħ għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan wara li l-Ħadd saru ż-żewġ semifinali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Għal darba oħra fi tmiem il-ġimgħa reġa kellna laqgħa doppja, it-22 u t-23 laqgħa tas-sena.

Fl-ewwel semifinali Premier, it-Taljan Velvet Gio (Rodney Gatt) ikkonferma l-vena tajba li għaddej minnha bħalissa. Faċilment u b’vantaġġ ta’ tul akkwista t-tieni rebħa tiegħu fi xtutna minn Al Capone Stecca (Charles Degiorgio) u Global Undecided (Noel Baldacchino). Catherine’s Chevy (Laura Frendo), Alcoy (C. Camilleri) u Rampant (K. Galea) ukoll għamluha għall-finali. Ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.13.9” fil-kilometru.

Attakk fl-aħħar metri u fuq in-naħħa ta’ barra wassal lil żiemel Taljan ieħor, Akela Play (Charles Degiorgio), biex itemm rebbieħ fit-tieni semifinali tat-Tazza tas-Sette Giugno.  Dan ittrijonfa b’nofs tul minn Condior (Julian Farrugia), Arvid S.H. (Marco Debono) u Dats So Crazy (Anton Cassar). Charming Soldier (Paul Galea) u Mac Smily (Carl Caruana) temmew fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Anki hawn ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.13.8” fil-kilometru. Għal Akela Play din kienet it-tielet rebħa tas-sena.

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oro Doc (C. Caruana) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Joyus (N. Baldacchino) 3. Dario Del Brenta (J.C. Pace) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Global Rebel (C. Camilleri) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Let It Be Me Tooma (Cherise Farrugia) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Invicta Sisu (L. Ghigo)

III Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gima Tege (C. Vassallo) Ħin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Jewsimme Di Leone (D. Debono) 3. Ezior (Ch. Muscat) 4. Balzan (D. Gatt)

IV Tiġrija.  Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Inteam Du Gers (Ch. Gauci) 3. Illassa (M. Cauchi) 4. Fast Loulou (N. Baldacchino)

V Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Extreme Erca (J. Gafa’) Ħin – 2.48.2” (1.16.1”) 2. Himitri Star (J. Spiteri) 3. Jewel Dream (Ch. Gauci) 4. Gina Bergil (N. Baldacchino)

VI Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Exotic Jet (J. Gafa’) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Farmer Du Moulinet (P. Galea) 3. Extra Mossa (N. Baldacchino) 4. Gulliver d’Ela (M. Refalo) 

VII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Daiz Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Emile Du Var (J. Gafa’) 4. Eclair Des Vaux (D. Debono)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – 2.41” (1.15.3”) 2. Dynamit Life (K. Galea) 3. Appreciated (Ch. Magro) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quite E. Wood (Ch. Gauci) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Simb Trishia (P. Galea) 3. Emelie E. (N. Baldacchino) 4. Klammer (J. Gafa’)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gigaro AM (R. Magro) Ħin – 2.39.1” (1.14.4”) 2. Louisiana River (J. Gafa’) 3. My Love M.L. (M. Farrugia) 4. Hitthebar (C. Camilleri)

II Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Isseo De Nappes (R. Gatt) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Jenna Du Val d’Or (J. Bartolo) 3. Dauphin Hibe (P. Galea) 4. Grease D’Huon (R. Polidano)

III Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) Ħin – 2.41.2” (1.15.6”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Dardanus (B. Hili) 4. Fleur De Blay (P. Galea)

IV Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Influx Du Parc (R. Briffa) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Idoline (R. Gatt) 3. Invictus Boy (C. Vassallo) 4. Invite De Star (R. Magro)

V Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Enclos (R. Gatt) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Elorn (M. Borg) 3. Excelebration (R. Magro) 4. Havaroche (N. Baldacchino)

VI Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ex Aequo De Cosse (J. Gafa’) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Concerto Star (R. Gatt) 3. Bad Julry (A. Cassar) 4. Dream Turgot (J.C. Pace)

VII Tiġrija. Semifinali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – 2.38.1” (1.13.9”) 2. Al Capone Stecca (Ch. Degiorgio) 3. Global Undecided (N. Baldacchino) 4. Catherine’s Chevy (L. Frendo) 5. Alcoy (Ch. Camilleri) 6. Rampant (K. Galea)

VIII Tiġrija. Semifinali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Akela Play (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.37.9” (1.13.8”) 2. Condior (J. Farrugia) 3. Arvid S.H. (M. Debono) 4. Dats So Crazy (A. Cassar) 5. Charming Soldier (P. Galea) 6. Mac Smily (C. Caruana)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Deede Star (R. Magro) Ħin – 2.40.2” (1.14.8”) 2. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 3. Venale (D. Casha) 4. No Pressure (K. Galea)