Il-kumpanija Media.link issellem lil Monica Attard li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq.
Monica kienet minn Tas-Sliema, u kienet se tagħlaq 75 sena fl-1 ta’ Ġunju li ġej.
Isimha jibqa’ sinonimu mar-radju u mat-teatru. Il-ħidma tagħha fix-xandir bdiet fl-1975, meta kien ittella’ programmi fuq ir-Redifussion.
Hi ħadmet mill-bidu ta’ Radio 101 u NET Television għall-snin sħaħ bi programmi diversi u informattivi. Monica ħadmet ukoll f’diversi drama li xxandru fuq NET Television, fost l-oħrajn f’Baħar Wieħed, kif ukoll fit-teatru.
Fl-1984 hi kienet rebħet l-unur tal-MADC bħala l-aqwa attriċi.
Grazzi mill-qalb Monica tal-ħidma kbira li wettaqt f’dawn is-snin kollha, filwaqt li nwasslu l-kondoljanzi lil familjari tagħha.
//= $special ?>