Sport Sport Ieħor

Tour ta’ Malta u Ernesto Hoost fi Sport Extra tal-lum

Fis-26 programm Sport Extra ta’ llum it-temi ewlenin huma l-edizzjoni 2024 tat-Tour ta’ Malta tac-cikliżmu u wieħed mill-aqwa kickboxers u K1 fid-dinja Ernesto Hoost.

Fl-ewwel parti servizz dettaljat dwar l-Edizzjoni 2024 tat-Tour ta’ Malta tac-ciklizmu b’intervisti ma’ wħud mill-protagonisti fosthom John Zammit, President tal-Malta Cycling Federation. Etienne Bonello rebbieħ tal-Kategorija Masters kif wkoll Jessica Pratt li rebħet il-Kategorija tan-nisa.

Fit-tieni parti tal-programm mistiedna specjali Ernesto Hoost bla dubju wieħed mill-aqwa kickboxers u K1 ta’ kull żmien rebbieħ wkoll ta’ erba’ titli mondjali . Siltiet dwar is-Seminar ta’ jum organizzat minn Noel Kickboxing Club b’dettalji minn Noel Mercieca . Sport Extra jixxandar illum fuq NetTelevision mill-5.15 ta’ waranofsinhar ‘l quddiem. Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech u Liam Briffa.