Lokali

Vitals: Muscat jibqa’ jgħid li hu seren u li ma għamel xejn ħażin

L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jibqa’ jgħid li hu jinsab seren u li ma għamel xejn ħażin. Dan filwaqt li qed jgħid li ma jafx x’fiha l-Inkjesta Vitals.

Dan qalu Joseph Muscat meta kien qiegħed jiġi intervista minn Miirko Sant waqt il-programm Leħnek, hekk kif fl-aħħar jiem, ġiet konkluża l-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella dwar Vitals – Inkjesta Maġisterjali li ħolqot terremot politiku fil-Partit Laburista.

Fl-aħħar jiem, Joseph Muscat iddikjara li kiteb lill-Kummissarju Angelo Gafà sabiex ikellmu dwar l-Inkjesta Vitals.

Iżda issa għaddew jumejn minn din id-dikjarazzjoni u għadu mhux ċar jekk kienx hemm xi forma ta’ komunikat bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u Joseph Muscat.

Fl-aħħar jiem, l-Eks Prim Ministru ddikjara li lest juri l-fatti kollha lill-Kummissarju; fatti li suppost ilhom snin sħaħ għand il-Pulizija.