Lokali

EUROPA 2024 – “Underwater Fauna & Flora

Ħarġa filatelika ta' żewġ bolli

Matul l-aħħar deċenji, PostEurop, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-operaturi postali pubbliċi Ewropej, ikkordinat l-ħruġ annwali ta’ bolli b’tema komuni. L-għan ewlieni tal-ħruġ tal- “Europa Stamps” huwa li tinbena kuxjenza dwar l-għeruq, il-kultura u l-istorja tal-Ewropa u l-għanijiet komuni tagħha.

It-tema tal-“Europa Stamps” għall-2024 hija “Underwater Fauna & Flora”, li tenfasizza l-bijodiversità tal-ibħra tal-Ewropa li qed ibatu minn sajd eċċessiv, tniġġis, u tibdil fil-klima u li jeħtieġ li jiġu protetti għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-ħarġa filatelika tikkonsisti f’żewġ bolli. L-ewwel bolla turi l-iStilla ħamra lixxa (isem xjentifiku: Hacelia attenuate), għandha denominazzjoni ta’ €1.50, b’ritratt meħud mill-Professur Alan Deidun tal-Università ta’ Malta. It-tieni bolla turi l-Qarnita komuni (isem xjentifiku: Octopus vulgaris), għandha denominazzjoni ta’ €2.00, b’ritratt meħud minn Pedja Miletic.

Dan is-sett se jinħareġ f’folja ta’ 11-il bolla, b’kull bolla ta’ daqs 44 mm x 31 mm, b’perforazzjoni ta’ 14.1 x 14.2 u għandha “watermark” bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 158 mm x 150 mm u ġiet stampata minn Printex Limited bil proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti fi 30,800 bolla ta’denominazzjoni ta’ €1.50 u 27,500 bolla ta’ denominazzjoni ta’ €2.00.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex mill-Ħamis 9 ta’ Mejju 2024. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefon 2596 1740 – email info@maltaphilately.com