Lokali

Il-kumpanija Steward tiddikjara ruħha falluta

Chris Fearne kien assigura lill-Maltin li dan il-ftehim huwa "real deal"

Il-kumpanija Steward qed tiddikjara lilha nnifisha bħala falluta, stqarrija li saret minnhom stess fl-aħħar ħin.

Il-kumpanija qalet li bdiet proċess ta’ ristrutturar fil-Qorti ta’ Texas fejn ippreżentat petizzjonijiet volontarji għall-għajnuna.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien qies u assigura lill-poplu Malti u Għawdxi li dan il-ftehim huwa “real deal”, u kien propju hu li mexxa dan kollu ‘l quddiem.

Steward saret magħrufa f’pajjiżna fl-2018 meta ħadet taħt idejha l-konċessjoni tat-tliet spartijiet, l-isptar San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-konċessjoni kienet ġiet annullata mill-Qrati Maltin is-sena l-oħra taħt suspett ta’ frodi. Id-deċiżjoni li titneħħa l-konċessjoni ġiet ikkonfermata fl-appell, bil-Qrati sabu “”kollużjoni bejn Steward u uffiċjali għolja tal-Gvern”.

Is-saga ħadet xejra ġdida l-ġimgħa li għaddiet, hekk kif ħarġet aħbar li kienet tlestiet l-Inkjesta Maġisterjali dwar ir-rwol ta’ Joseph Muscat u diversi uffiċjali pubbliċi oħra fil-ftehim.

L-aħħar żviluppi dwar l-Inkjesta Vitals: