Lokali Saħħa

“Ningħaqdu sabiex nieħdu verament dak li hu tagħna” – Adrian Delia

“Robert Abela qed jidħaq bil-poplu Malti u Għawdxi”. Hekk saħaq ix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia fid-diskors tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ, fejn qal kif ironikament l-islogan tal-Partit Laburita għall-elezzjonijiet li ġejjien qed jiffoka fuq is-saħħa tal-Maltin.

Il-Gvern ta’ Abela seraq lil-poplu Malti u Għawdxi  €400,000,000. Għaldaqstant huwa staqsa minn fejn il-poplu se jirkupra flusu. Huwa fakkar kif il-frodi ma saritx mill-kumpaniji barranin, imma saret b’kompliċità mal-Gvern Laburista.

Delia saħaq li għalkemm Robert Abela ma ddikkjarax fil-Parlament li ma jafx x’fiha l-inkjesta, huwa mhux qed jgħid il-verità.

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jistaqsi lil Abela għalfejn ma jridx jippubblika l-inkjesta. Delia fakkar kif għalkemm il-Partit Laburita wiegħed rinovar f’Karin Grech kif ukoll sptar mentali ġdid, dawn spiċċaw ma sarux.

Intant, Adrian Delia baqa’ jinkoraġġixxi lill-poplu biex jeżerċita s-saħħa li jiddeċiedi u mhux iħalli lill-Gvern Laburista jiddeċiedi għal kulħadd.