Lokali

Imniedi l-video mużikali għal kanzunetta ‘Għanja lil Ġużi’

Il-kantanta Amber nediet il-video mużikali għal kanzunetta ‘Għanja lil Guzi’ – taħnina li fi kliem Amber ġiet maħluqa “għal kull min iħobb bi mħabba bla qies u bla ebda kundizzjoni.”

Il-video mużikali ġie mniedi fi tmiem il-ġimgħa u f’inqas minn 24 siegħa, rawh aktar minn 5,000 persuna.

Maħluq minn Tribe, b’Olwyn Jo bħala d-direttur artistiku, il-filmat jinvolvi xeni emozzjonanti ta’ diversi ġenituri fil-ħajja reali tagħhom flimkien ma’ wliedhom.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Amber irringrazzjat lill-crew kollu għal video mużikali, kif ukoll lill-mużiċisti kollha, lill-ġenituri u t-tfal li kienu parti minn dan il-filmat.

Tista’ ssegwi l-video mużikali hawn.