Fil-Kampjonati tad-Dinja tar-Relay ta’World Athletics f’Nassau fil-Bahamas, kwalifika għall-Awstralja għall-Olimpijadi ta’ Pariġi. Kwalifika b’laqta Maltija fejn fit-tim tal-irġiel 4 X 100 metru jispikkaw l-ismijiet ta’ Sebastian Sultana u Joshua Azzopardi ta’ dixxendenza Maltija. Wara li fl-ewwel heat l-Awstralja falliet il-kwalifika b’photo finish fi 38.50 sekondi wara Kanada u Ġamajka, fit-tielet heat,mirbuħa mill-Afrika t-Isfel fi 38.06 sekondi, Awstralja bit-tieni post fi 38.46 sekondi kkwalifikat għall-Olimpijadi ta’Parigi.
Fl-ewwel frazzjoni kien Sebastian Sultana ta’ 18 il-sena minn New South Wales, warajh Facob Despart minn Tasmanja u Calab Law minn Queensland bl-aħħar frazzjoni tkun dik deciżiva minn Joshua Azzopardi ta’24 sena minn NSW li temm fi 38.46 sekondi qabel il-Kolumbja u kwalifika għal Parigi 2024 Il-finali intrebħet mill-Istati Uniti qabel Kanada u Franza, bl-Italja rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Tokjo tkun skwalifikata.
//= $special ?>