Lokali

Is-soppa tal-ħaxix tad-ditta Foglia Verde m’għandhiex tiġi kkunsmata

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat b’mikrobu (Clostridia) li jipproduċi t-tossina botulinum.

 
Ditta:Foglia verde
Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Zuppa con farro e verdure
Użin:620g
Data tad-durabbiltà:09/05/2024
Lott:L124110