Sport

Jibda l-Beach Soccer League

Din il-ġimgħa jingħata bidu għan-Nestle Ice Cream Beach Soccer League organizzat mill-Malta Beach Soccer Association. Kollox se jsir fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa fejn għal din is-sena sitt timijiet se jkunu qed jieħu sehem Ta’ Xbiex Sports Club, Sliema Beach Soccer Club, La Playa de Arena CF, Birżebbuġa Tigers, Naxxar Lions u Ħamrun Beach Soccer Club.


L-ewwel fażi se tkun maqsuma f’erba’ ġimgħat b’kull tim jilgħab ħames logħbiet. Eventwalment l-ewwel erba’ timijiet tal-klassifika jilagħbu s-semifinali bil-finali li hi programmata li ssir fis-6 ta’ Ġunju.


Sadanittant, għada t-Tlieta jkun hemm l-ewwel partiti b’dan il-programm:
It-Tlieta 7 ta’ Mejju
6:30 pm – Ħamrun vs Sliema
8.00pm – La Playa vs Ta’ Xbiex.

L-Erbgħa 8 ta’ Mejju
6:30 pm – Sliema v Naxxar
8.00pm – La Playa vs Naxxar.