L-Eks Prim Ministru Joseph għandu ordni ta’ ffriżat fuq rasu li jlaħħaq it-€30 miljun filwaqt li Eks Ministri għandhom ukoll ordni ta’ ffriżat li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro. Akkużati oħra jinkludu diversi Segretarji Permanenti u anke l-Ministru Chris Ferarne. Huma għandhom jitressqu akkużati bi frodi, korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Dan kollu hekk kif il-Pulizija ħarġet akkużi kriminali kontra diversi individwi u kumpaniji b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals Global Healthcare it-Tnejn waranofsinhar. Kollox jindika li ġew ippreżentati fil-Qorti numru ta’ akkużi kriminali kontra l-Eks Prim Ministru Josepoh Muscat u Eks Ministri inkonnessjoni mal-Inkjesta ta’ Repubblika, inkluż kontra Konrad Mizzi u Edward Scicluna, kif ukoll l-Eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri.
Persuni oħra fin-negozju li huma qrib il-Gvern tal-ġurnata wkoll għandhom jitressqu l-Qorti fejn kollox jindika li se jkunu qed jitqassmu f’żewġ gruppi, grupp wieħed ta’ 19-il persuna u grupp ieħor f’anqas persuni.
Kumpaniji ta’ persuni li hemm dubju dwar minn fejn ġew l-assi tagħhom, ukoll se jkunu akkużati li għamlu qligħ frawdolenti. Edward Scicluna, huwa l-Gvernatur tal-Bank Centrali wkoll huwa implikat.
Sadanittant, l-akkużi kriminali li ġew ippreżentati huma ta’ gravità u serjetà kbira, akkużi li jġorru magħhom snin twal ta’ priġunerija. Numru ta’ sorsi qed jgħidu li wħud mill-persuni implikati huma mingħajr involviment dirett fil-każ.
//= $special ?>