Il-kummenti li saru fil-konfront tal-ġudikatura mill-ogħla Uffiċjali tal-Gvern li jtappnu l-ħidma u l-intergità tas-sistema tal-ġustizzja ma għandhom l-ebda lok f’Parlament demokratiku li huwa mmexxi mis-saltna tad-dritt.
Hekk sostniet l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija li kkundannaw l-attakki riċenti li saru fuq il-ġudikatura, waħda mill-pilastri tad-demokrazija. Bl-Għaqda tkompli tgħid li s-Saltna tad-Dritt titlob li l-ġudikatura titħalla taħdem mingħajr l-ebda pressjoni.
L-Għaqda kompliet tgħid li solidarjetà mas-sistema tal-ġustizzja hija dmir ta’ kull kattoliku, hekk kif fi kliem il-Papa Ġwanni Pawlu II, l-appoġġ lejn is-sistema tal-ġustizzja għandha tkun bla waqfien u huwa wkoll importanti li kulħadd japprezza r-rwol li l-ġudikatura għandha biex tissalvagwardja d-demokrazija u l-ġid tal-poplu.
//= $special ?>