Repubblika għadha kemm ġiet infurmata mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li ‘se jitressqu proċeduri kriminali kontra l-persuni indikati mill-maġistrat inkwirenti’.
Din il-komunikazzjoni saret wara t-talbiet ta’ Repubblika biex jingħataw kopja tal-inkjesta maġisterjali dwar il-korruzzjoni u attivitajiet kriminali oħra fil-bejgħ tal-isptarijiet.
Repubblika qalu li jqisu dan il-pass bħala wieħed importanti ħafna fl-isforz biex pajjiżna jaffaċċja s-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha. Aħna se nkunu nsegwu dak li se jiżviluppa fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin biex niżguraw li dak kollu ordnat mill-investigazzjonijiet ikun qed jiġi implimentat bir-reqqa.
‘Aħna kommessi li nkomplu niddefendu lill-persuni li qed jiddefendu l-Istat ta’ Malta u lis-saltna tad-dritt, partikolarment il-membri tal-Ġudikatura, mill-attakki faxxisti li qed isiru fuqha. Ninnutaw li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed jgħidilna li mhux ser jagħtina kopja tal-inkesta maġisterjali peress li ser jitressqu proċeduri kriminali. Fl-istess ħin ninnutaw li l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja ngħataw kopja. Din mhix aċċettabli u ser inkomplu ninsistu li ningħataw kopja sħiħa’, sostnew Repubblika.
//= $special ?>