Lokali

“L-impenn tal-Partit Nazzjonalista huwa li naslu flimkien” – Alex Perici Calascione

“Kemm hu tassew f’waqtu li l-Partit Nazzjoanlista ħareg bl-islogan ‘Għalik’. Dan l-impenn għalik huwa tassew f’waqtu għaliex ilna aktar minn 10 snin immexxijin minn klikka żgħira fil-Gvern.”

Hekk saħaq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjoanlista Alex Perici Calascione f’Misraħ San Filippu, Ħaż-Żebbuġ.

Huwa qal li meta politiku jaħseb fih inniffsu u mhux fuq il-konsegwenzi, il-poplu Malti u Għawdxi jbati. Għaldaqstant huwa semma diversi kriżijiet li l-poplu ffaċċja u l-għola awtoritajiet taw soluzzjonijiet fażulla bħal problema tal-iskart fejn is-soluzzjoni li sabulna kienet li niffriżaw l-iskart organiku.

Perici Calascione qal li l-mudell ekonomiku l-ġdid li qalulna bih il-Partit Laburista, suppost kellu jserħilna moħħna imma minflok insibu flus imfaddla insibu 10 biljun dejn.

Huwa għalaq il-messaġġ tiegħu billi saħaq li l-Partit Nazzjonalista jassigura li qiegħed jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. ,