Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea: Lejn konklużjoni tal-proċedura ‘Artiklu 7’ kontra l-Polonja

European Union, 2023 - Source: EP - Laia Ros

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li qed tieħu l-ewwel passi biex tikkonkludi u tagħlaq il-proċedura kontra l-Polonja magħrufa bħala Artiklu 7.

Il-proċedura, jew ‘superviżjoni speċjali’fir-rigward tal-Polonja ilha effettiva mill-2017 u fejn ikkonċernat l-abbużi sistematiċi mit-Tmexxija f’Varsavja rigward il-valuri fundamentali u t-tnaqqir kontinwu tal-indipendenza tal-ġudikatura f’dak il-pajjiż.

B’riżultat ta’ dan, il-każ tal-Polonja tressaq diversi drabi bħala issue – waqt is-smigħ regolari –  quddiem l-Istati membri l-oħra tal-UE.

Smigħ li fihom il-Pollakki kellhom jagħtu rendikont tal-‘progress jew tnikkir’ fl-impenji biex pajjiżhom jindirizza n-nuqqasijiet inkwistjoni.

Huma biss il-Polonja u l-Ungerija li qatt spiċċaw suġġetti għall-kriterji ta’ Artiklu 7.

Madankollu, l-aħbar sorpriża minn Brussell, issa, indikat li mhemmx aktar ‘sogru serju ta’ abbuż serju tal-hekk imsejjaħ rule of law’ min-naħa tal-Polonja.

Dan meta l-Istat Ewropew  tal-Lvant ippropona pakkett ta’ bidliet leġiżlattivi u oħrajn mhux leġiżlattivi li jaċċertaw ir-rispett għall-valuri fundamentali u s-sistemi ġudizzjarji għall-Pollakki kollha.